Tifel Awstraljan isalva minn gidma ta’ brimba wara 12-il doża ta’ kontra l-velenu – One News

Tifel Awstraljan isalva minn gidma ta’ brimba wara 12-il doża ta’ kontra l-velenu

Tifel ta’ 10 snin salva minn gidma tal-iktar brimba velenuża wara li ngħata 12-il doża ta’ mediċina li tiġġieled kontra l-velenu.

Qed jingħad li din l-ikbar doża li qatt ingħatat lil xi ħadd fl-Awstralja.

Matthew Mitchell ingidem f’subajh minn brimba waqt li kien qed jgħin lil missieru jiżbarazza kamra fejn jerfaw l-affarijiet.

It-tifel spiċċa ntefa’ mal-art mitluf minn sensieh, jirtrod mingħajr kontroll u b’rawa ħierġa minn ħalqu.

“Provajt naqlaha minn ma subajja iżda bl-ebda mod ma riedet titlaq!” sostna t-tifel.

Il-brimba nqabdet u ttieħdet park tar-rettili fl-Awstralja qrib Sydney.

Ta’ QabelLi Jmiss