Jikkonfermaw x’wassal għall-mewt ta’ Kim Jong-nam – One News

Notifiki

Jikkonfermaw x’wassal għall-mewt ta’ Kim Jong-nam

Wara numru t’investigazzjonijiet, l-awtoritajiet Malażjani qalu li Kim Jong-nam, ħu d-dittatur tal-Korea ta’ Fuq, inqatel kawża ta’ materjal tossiku.

Huwa miet il-ġimgħa li għaddiet fl-ajruport ta’ Kuala Lumpur fi triqtu biex jaqbad titjira lejn il-Macau.

Rapporti urew li nqatel kawża ta’ materjal tossiku li n-Nazzjonijiet Magħquda tikklassifikah bħala arma tal-qerda tal-massa.

Għalkemm hemm l-għajdut u s-suspett li l-Korea ta’ Fuq hija responsabbli għal dan l-attakk, l-istess Korea ta’ Fuq qed tiċħad.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend