Se jibda jkollna ID cards bl-ittra X – One News

Notifiki

Se jibda jkollna ID cards bl-ittra X

Persuni transgender u intersex se jingħataw id-dritt li fuq id-dokumenti uffiċjali li jinħarġu minn Identity Malta bħal passaporti jew karti tal-identitá ma jkollhomx jagħżlu MARA jew RAĠEL, iżda jiġu mmarkati bl-ittra X.

Fejn hemm miktub SEX/SESS se tibda titniżżel bħala X

Dan tħabbar f’konferenza tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza għal persuni LGBTIQ. Għal din il-konferenza qed jattendu delegati minn istituzzjonijiet u organizazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet ċivili flimkien ma’ Ministri Ewropej. Huma stqarru li baqgħu impressjonati kif pajjiż żgħir bħal Malta, f’sentejn biss irnexxilu jintroduċi numru ta’ drittijiet importanti għal persuni LGBTIQ.

Min-naħa tagħha l-Ministru Helena Dalli spjegat il-viżjoni tal-Gvern Malti li wasslet għal dawn l-iżviluppi u li se jkun qed ikompli jaħdem favur aktar drittijiet għal kull ċittadin.

Hija qalet li kienu 169 koppja tal-istess sess li ssieħbu f’unjoni ċivili filwaqt li koppja oħra adottat u ħames koppji oħra għaddejjin bil-proċess sabiex ikunu jistgħu jaddottaw.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend