Il-Prim Ministru f'laqgħa man-negozjatur ewlieni ta' BREXIT | One News

Notifiki

Il-Prim Ministru f’laqgħa man-negozjatur ewlieni ta’ BREXIT

Illum, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddiskuta l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea man-negozjatur ewlieni ta’ BREXIT, Michel Barnier.

F’diskors li għamel ftit aktar kmieni, il-Prim Ministru Malti qal li kulħadd jaf li waħda mill-ikbar kwistjonijet fejn jidħlu n-negozjati dwar Brexit huma dak li l-Ingliżi se jkollhom iħallsu. Il-Prim Ministru qal li huwa konxju li hemm fin-nofs kontribuzzjonijiet lejn programmi u pensjonijiet, fost oħrajn. Il-Prim Ministru jemmen li jkun żball politiku li wieħed iħares lejn il-kwistjoni bħala eżerċizzju finanzjarju biss, filwaqt li appella għal bżonn ftehim politiku li jiġġieled uħud mid-diskrepanzi soċjali u reġjonali li jwasslu għal sitwazzjonijiet bħal Brexit.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend