Tfittxija għal min dendel messaġġ mal-Istatwa tal-Libertà | One News

Notifiki

Tfittxija għal min dendel messaġġ mal-Istatwa tal-Libertà

Il-Pulizija Amerikana fetħet investigazzjoni wara li messaġġ miktub fuq biċċa drapp kbira ġie mdendel minn persuni mhux magħrufa mal-Istatwa tal-Libertà lbieraħ. Fuq id-drapp kien hemm miktub messaġġ li jgħid “Ir-refuġjati huma milqugħa”.

Il-messaġġ iddendel fil-gallarija li bosta viżitaturi jitilgħu fiha biex ikunu jistgħu jitaxqu bis-sbuħija tax-xenarju minn daqstant għoli.

Dan il-każ seħħ ilbieraħ, proprju fl-istess jum li d-Dipartiment tas-Sigurtà ħabbret estiża fil-politiki ta’ infurzar tal-immigrazzjoni.

Il-Pulizija Amerika bħalissa għaddejja bl-investigazzjoni tagħha sabiex issib min kien il-persuna jew persuni li dendlu dan il-messaġġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend