Isibu żrinġijiet li fihom daqs difer | One News

Notifiki

Isibu żrinġijiet li fihom daqs difer

Erba’ żrinġijiet ġodda, li tant huma żgħar li joqgħodu fuq id-difer tas-suba’ l-oħxon, instabu f’foresti fl-Indja. Dan wara diversi snin ta’ esplorazzjoni fil-foresti Kerala u Tamil Nadu.

Iż-żrinġijiet, li huma fost l-iżgħar fid-dinja, jgħixu fuq l-art fil-foresta u jgħamlu ħsejjes qishom insetti tul il-lejl.

Instabu wkoll tliet speċi kbar ta’ żrinġijiet, fejn issa l-ammont totali ta’ żrinġijiet li joħorġu tul il-lejl fil-Western Ghats huwa ta’ sebgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend