200 siegħa xogħol fil-komunità talli għen biex jiġu akkwistati fondi Ewropej bi frodi – One News

Notifiki

200 siegħa xogħol fil-komunità talli għen biex jiġu akkwistati fondi Ewropej bi frodi

Zagħzugħ ta’ 25 sena mill-Gzira ġie ordnat jagħmel xogħol fil-komunità wara li ammetta għal akkużi ta’ frodi .

Justin Aquilina kien akkużat li fl-elfejn u sittax u fis-snin ta’ qabel ipprovda kwotazzjonijiet foloz biex jgħin lil Christian Mark Galea jakkwista fondi Ewropej.

Il-Prosekuzzjoni sostniet li l-akkuzat ma kienx se jibbenefika direttament minn dawn il-fondi Ewropej imma għamel dan l-arranġament biex ma jitlifx klijent .

Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Aaron Bugeja ordna lill-akkużat sabiex jagħmel mitejn siegħa xogħol fil-kommunità  bil-probation officer trid tagħti rendikont tal-progress li jagħmel l-akkużat kull sitt xhur .

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend