SEGWI HAWN! L-ewwel Malti li għamel backflip b'rota BMX | One News

Notifiki

SEGWI HAWN! L-ewwel Malti li għamel backflip b’rota BMX

Karl Naja riċentament sar l-ewwel Malti li jagħmel backflip b’rota tal-BMX meta huwa rnexxielu jagħmel dan nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2017 fl-Indoor Skate Park ta’ Pembroke.

Naja li għandu 27 sena beda jsuq il-BMX fis-sena 2004. Minn meta kien ta’ eta żgħira huwa kellu mħabba għar-rota u kien meta xi ħbieb ħaduh it-trakka tal-BMX f’Pembroke li huwa ħass li dan huwa l-isport addattat għalih. Immedjatament huwa beda jfaddal l-flus biex jixtri r-rota addatta għal BMX. Appena huwa xtara rota Haro beda imur tlieta  jew erba’ darbiet kull ġimgħa jipprattika dan l-isport minfejn kien jitlaq kull darba bl-istess rota minn tas-Sliema sa Pembroke.

Madwar erba’ snin wara sar iktar midħla tal-president u fundatur tal-BMX Malta John Zammit, kif ukoll ta’ dawk kollha li kienu jaffrontaw dan l-ambjent li lkoll tawħ diversi opportunitajiet biex jkompli jipprattika l-BMX. Karl Naja kellu l-ewwel esperjenza barra minn xtutna bir-rota tal-BMX f’Barcellona meta kellu 18 il-sena. Wara dan huwa kellu diversi opportunitajiet oħra internazzjonali. Fis-sena 2015 huwa ħa sehem fil-BRAAAB amateur competition fil-040 BMX Park f’Eindhoven, l-Olanda. Fl-istess skate park huwa riċentament tgħallem kif jagħmel back flip. Fl-istess waqt huwa rnexxielhu jgħaddi mal-aħħar 16 u jispiċċa fl-10 post minn fost id-49 kompetitur li ħadu sehem.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend