L-immigrant li neħħa ħajtu qatt ma kellu t-‘THP’ – One News

Notifiki

L-immigrant li neħħa ħajtu qatt ma kellu t-‘THP’

Kuntrarju għal dak irrapportat f’sezzjonijiet tal-midja dalgħodu l-immigrant li neħħa ħajtu b’idejh fi tmiem il-ġimgħa ma kellu qatt dak li jissejjaħ bħala Temporary Humanitarian Protection – NEW (THPn).

Dan id-dettall tah il-Ministeru tal-Intern Carmelo Abela f’konferenza tal-aħbarijiet fejn tkellem dwar dan il-każ sfortunat. Il-Ministru Abela kkonferma li saru talbiet għal THPn f’diversi okkażjonijiet iżda dan kien miċħud għax ma kienx jikkwalifika għalih. Minflok, qal il-Ministru Abela, Frederick Ofosu, ta’ 33 sena, talab li jmur lura l-Ghana.

Xi ħaġa li kienet għadha mhux possibbli fid-dawl li ma waslux id-dokumenti mill-Ghana u eventwalment kellu wkoll każ il-Qorti. Dwar recording li ssemma f’mezzi oħra tax-xandir dwar messaġġ li seta’ ħalla Ofosu qabel temm ħajtu l-Ministru Abela appella biex jekk hemm min għandu aċċess għalih jgħaddih lill-Maġistrat Inkwirenti jew lill-pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend