It-torta waslet għat-tkeċċija tal-goalkeeper ta' Sutton | One News

Notifiki

It-torta waslet għat-tkeċċija tal-goalkeeper ta’ Sutton

Il-goal keeper ta’ riserva ta’ Sutton, Wayne Shaw, inqabad bil-kamera jiekol torta fuq il-bank
tas-sostituti fil-partita mirbuħa minn Arsenal.

Minkejja li l-maġġoranza tan-nies ħadu din l-azzjoni bħala ċajta dan il-każ qed jiġi investigat
b’rabta ma’ investigazzjoni fuq ksur ta’ regolamenti marbutin mal-imħatri.
Liema dubju qam hekk kif qabel bdiet din il-partita saru imħatri tirbaħ tmien ewro għal kull ewro
li tilgħab jekk il-goalkeeper Wayne Shaw jiekolx torta bil-kamera fuqu waqt il-partit tal-FA Cup.

Wara li l-klabb ġie infurmat b’din l-investigazzjoni, t-Tnejn filgħaxija l-goalkeep tkeċċa mill-
klabb ta’ Sutton.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend