Il-Qriema se jaraw bidla f'tal-Bajjad | One News

Notifiki

Il-Qriema se jaraw bidla f’tal-Bajjad

L-Awtorità tal-Ippjanar ippublikat pjan ta’ reviżjoni għaż-żona tal-Bajjad f’Ħal Qormi. Din ir-reviżjoni saret bl-għan ewlieni li jiġu indirizzati l-kunflitti tal-iżvilupp li fi kliem l-Awtorità qed jaffettwaw il-kwalitá tal-ħajja tar-residenti li jgħixu f’din iż-żona.

Il-pjan propost se jkun qed jagħmel distinzjoni aktar ċara ta’ kif se tintuża din l-art. Iż-żona li qed tintuża minn intrapriżi żgħar u medji industrijali se tibqa tintuża għal dan l-għan filwaqt li ż-żoni residenzjali se jibqgħu jintużaw biss għal dan il-għan.

Dan se jirriżulta f’distinzjoni aktar ċara ta’ kif se tkun qed tintuża din l-art. Liema tqassim għandu l-għan li jtejjeb l-kwalità tal-ambjent.

Din iż-żona tinsab fi Triq Ħal Qormi u twassal għal Triq il-Kanun u kienet meqjusa bħala żona industrijali fl-1988. Wara l-publikazzjoni ta’ pjan lokali Ċentrali, fl-2006, din iż-żona kienet indikata bħala żona li tista’ tintuża kemm minn kumpaniji industrijali u kummerċjali kif ukoll għal skopijiet residenzjali.

L-Awtorità tal-Ippjanar stqarret li minkejja li hija konxja dwar il-kwistjonijiet relatati ma’ din iż-żona, din ir-reviżjoni għanda l-għan li twassal għal ftehim ta’ kif tintuża din l-art.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend