Tfittxija għal erba’ persuni suspettati bi qtil – One News

Notifiki

Tfittxija għal erba’ persuni suspettati bi qtil

Fil-Malażja qiegħda ssir tfittxija għal erba’ persuni supettati li għandhom x’jaqsmu mal-mewt ta’ Kim Jong-nam, ħu l-mexxej attwali tal-Korea Ta’ Fuq.

Dan fl-istess waqt li ntalbet ukoll ir-rappreżentant tagħha fi Pyongyang, il-kapitali tal-Korea Ta’ Fuq, biex għalissa jirritorna pajjiżu.

Kim Jong-nam miet f’ċirkustanzi misterjużi l-ġimgħa l-oħra f’ajruport f’Kuala Lampur, bil-pulizija qed taħseb li ġie vvelenat waqt li kien qed jistenna għal titjira.

Minkejja l-għajdut mifruxa li l-Korea Ta’ Fuq hija l-moħħ wara dan il-qtil, għadha ma nstabet ebda prova konkreta u lanqas ma nħarġet stqarrija uffiċjali min-naħa tal-Korea Ta’ Fuq dwar din il-mewta.

Il-Korea Ta’ Isfel diġà akkużat pubblikament lill-Korea Ta’ Fuq li ħadmet il-qtil ta’ Jong-nam u rrimarkat li dan juri t-terroriżmu dejjem jikber tal-Korea Ta’ Fuq.

Sadanittant, qed idur filmat miġbud minn kameras ta’ CCTV fuq il-midja Ġappuniża li juri l-attakk fuq Jong-nam fl-ajruport.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend