Splużjonijiet karozzi – għada l-Kabinett jiddiskuti – One News

Notifiki

Splużjonijiet karozzi – għada l-Kabinett jiddiskuti

Il-Kabinett għada se jkun qed jiddiskuti x’għajnuna tista’ tingħata lill-Korp tal-Pulizija b’rabta mal-każijiet tal-isplużjonijiet ta’ karozzi. Dan qalu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela f’konferenza tal-aħbarijiet b’reazzjoni għall-isplużjoni li seħħet dalgħodu fl-Imsida.

Il-kabinett se jiddiskuti ukoll pieni aktar ħorox għal min iwettaq dawn l-atti meta l-akkużati jitressqu quddiem il-ġustizzja.

Il-Ministru qal li bħala Gvern, jinsab irrabjat u xxukjat għall-każijiet bħal dawn filwaqt li assigura li l-Pulizija qed jagħmlu l-ħidma tagħhom u l-investigazzjonijiet tagħhom.

Qal li f’ħafna mill-każijiet il-Pulizija jkollhom provi tajba iżda ma jkunux biżżejjed .

Il-Ministru sostna li l-għan tal-Gvern  hu li niġġieldu l-kriminalità u nsaħħu aktar il-Korp tal-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend