AĠĠORNAT: SPLODIET KAROZZA FL-IMSIDA – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: SPLODIET KAROZZA FL-IMSIDA

Raġel ta’ 40 sena residenti l-Furjana, indarab serjament wara li l-vettura tat-tip Renault Megane Scenic li kien qed isuq, splodiet fi triq il-Marina fl-Imsida. L-isplużjoni instemgħet għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu.

Ninsabu informati li l-karozza hi ta’ Romeo Bone, mill-Furjana. Raġel magħruf sew mal-Pulizija. Madanakollu l-identità tar-raġel midrub mhix ikkonfermata.

Kawża ta’ din l-isplużjoni, ġarrbu xi ħsarat, vettura tat-tip Kia Ceres u vettura tat-tip Ford Focus.

Ix-xufier tal-vettura Renault, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Ittieħdu l-Isptar Mater Dei ukoll, ħames persuni, li kienu fil-viċinanzi ta’ fejn seħħet l-isplużjoni, sabiex jingħataw il-kura meħtieġa minħabba x-xokk li ġarrbu.

Sewwieqa qed jiġu mwissija biex jevitaw dawn l-inħawi minħabba t-traffiku kbir li nħoloq.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend