NITKELLMU MA’ XHUD: il-każ tal-għalliema li weħlet ħames snin ħabs – One News

Notifiki

NITKELLMU MA’ XHUD: il-każ tal-għalliema li weħlet ħames snin ħabs

  • “MHUX QED NORQOD BILLEJL”

Għalliema ta’ 34 sena ġiet ikkundannata ħames snin ħabs wara li l-Qorti sabitha ħatja li f’Mejju 2011 tajret żewġ aħwa anzjani f’Ħ’Attard. Il-Qorti qalet li l-mara qatlet wieħed mill-aħwa b’mod involontarju.

L-għalliema kienet qed issuq lejn ir-Rabat, biex tmur lura d-dar wara x-xogħol, meta kienet għaddejja minn Triq l-Imdina, it-triq li fiha sar dan l-inċident. Dorianne Camilleri nstabet ħatja bil-qtil ta’ Alfred Zahra residenti mill-Imsida filwaqt li kkawżat ġrieħi gravi fuq oħtu, Carmela Zahra.

Fi smigħ ta’ dan il-każ, il-Qorti kkunsidrat li Dorianne kienet l-unika xhud ta’ dan l-inċident, għax ir-raġel miet jumejn wara filwaqt li wara l-inċident u oħtu ma tiftakarx x’ġara u baqgħet b’diżabbilta.

Rabtin, kollegi u qraba tal-għalliema bdew petizzjoni b’appell lill-awtoritajiet biex tinbidel il-liġi u l-omm teħel piena differenti. Il-petizzjoni tgħid li l-Qrati għandhom jimponu piena iktar ġusta. Is-sentenza qanqlet rabja anke fuq il-midja soċjali. Ħafna kkumentaw: “din mhix kriminali”.

Iżda dan is-sit tkellem ma’ mara li rat l-inċident iseħħ quddiem għajnejha. Stqarret magħna li kif semgħat l-aħbarijiet, ma setgħatx temmen x’qed tisma. Fi  kliemha,“Qatt ma’ ġieni f’moħħi li din se teħel il-ħabs. Jiena rajt li ġara umbagħad tlaqt…kif rajt in-news li weħlet il-ħabs, poġġejt ruħi fis-sitwazzjoni tagħha, u għedt it’s not fair!”

Spjegat  li għalhekk tkellmet, u mhux għax beżgħat. Spjegat li kien hemm ommha magħha, u l-ewwel istint kien li jitilqu mill-post fejn kienet seħħet it-traġedja.

At this stage, mhux qed norqod billejl. Ma ttinix il-kuxejnza li nħalla tfajla f’din is-sentenza” qaltilna l-mara li tkellmet magħna. Id-dettalji ta’ x’ġara eżatt huma sensittivi f’dan l-istadju u qed ikunu diskussi mal-avukati, pero qaltlina li tiftakar żewġt’anzjani, li kienu id f’id, u li kienu qed jaqsmu minn post li mhux zebra crossing. “Ma jidirlix li kienet qed issuq b’mod eċċessiv. Kienu għaddejjin hand in hand bilmogħod, jekk qabdu u qasmulha, it’s not fair. Jien nhar il-Ġimgħa, r-raġel wrieni l-link għall-istorja, u  bdet ngħid illallu, kif jista’ jkun?”

Sa dak iż-żmien, il-mara ma kinitx għadha rat l-appell għax-xhieda. Tkellmet ma’ommha, u qaltilha li jekk ikunu tnejn li jitkellmu, tant l-aħjar.

Qalet ukoll li hi u ommha ssograw ħajjithom. Li kieku s-sewwieqa rat lill-anzjani, kienet iddawwar f’salt wieħed, u kienet tispiċċa tolqot lill-mara li kellmitna, u lill-ommha. “Il-mummy ma ratx l-impatt” spjegat il-mara. “Jien rajtha quddiemi, slow motion. Kienet bħal meta t-tfal joħorġu bużżieqa u jifqawha. Qisu l-ħin jieqaf. Rajt xi ħaġa ttir minn mal-karozza. Naf li rajthom, kienu somor u xi ħadd minnhom kellu malju”.

Spjegat li f’dik it-triq kien hemm aktar karozzi u ma jistax ikun li kienet qed ittellaq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend