NIKKONFERMAW: IL-MIDRUB HUWA ROMEO BONE – One News

Notifiki

NIKKONFERMAW: IL-MIDRUB HUWA ROMEO BONE

Nistgħu nikkonfermaw li l-midrub fil-każ tal-bomba li splodiet dalgħodu fl-Imsida huwa Romeo Bone mill-Furjana. Isem magħruf sew mall-Pulizija. Għall-ewwel stajna nikkonfermaw li l-karozza hija ta’ Bone, iżda issa sorsi ta’ min joqgħod fuqhom ikkonfermawlna li huwa l-vittma tal-isplużjoni.

Huwa ndarab b’mod serju ħafna tant li tilef saqajh it-tnejn. Bħalissa qed jissielet bejn ħajja u mewt.

Is-sena l-oħra Bone inħeles minn kull akkuża b’rabta ma’ serqa ta’ ġojjellerija li tammontha għal €233,000 li seħħet f’ħanut f’Portomaso fl-2007. Hu kien ukoll tressaq il-Qorti akkużat li kien qed isegwi lill-Kunstistabbli Mario Portelli bl-għan li joqtlu, Portelli kien x-xhud ewlieni f’każ ieħor.

Ninsabu informati wkoll li hemm madwar sitt persuni li sofrew ġrieħi ħfief u ttieħdu Mater Dei għall-kura. Kollox jindika li dawn m’għandhom xejn ta’ natura gravi.

Romeo Bone

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend