Nexia BT tkompli tikkonferma li Egrant tagħha – One News

Nexia BT tkompli tikkonferma li Egrant tagħha

L-Awdituri ta’ Nexia BT reġgħu kkonfermaw il-fatt li Egrant, kumpanija rreġistrata l-Panama, hija tad-ditta wara li kisbitha f’Lulju 2013.

Din hija shelf company li kienet lesta biex tkun mibjugħa iżda qatt ma nbiegħet.

Qalu li dan kien ikkomunikat diversi drabi. Fosthom f’April tas-sena l-oħra f’artiklu b’kummenti mal-Maltatoday u f’email lil Rachel Attard, ta’ The Malta Independent, fejn intqal li Egrant kienet parti shelf company u għalhekk ma kienx hemm interess ieħor f’Egrant. Dan ukoll imur lura għal Mejju tas-sena l-oħra.

Ilbieraħ mal-Maltatoday kien ikkonfermat dan kollu.

Brian Tonna, minn Nexia BT, innota kif saru referenza għal imejl ta’ Karl Cini ta’ Mossack Fonseca fejn huwa ssuġġerit li kien se jsemmi l-isem tal-benefiċjarju għall-kumpanija Egrant bi skype. Dan hu ħażin. L-email kienet dwar kwistjoni ta’ klijent ieħor fuq xi ħaġa oħra tant li hawn qatt ma ssemmiet Egrant.

“Kif dejjem għidna dwar Egrant dejjem ikkomunikajna l-fatti,” qal Tonna li żied jgħid li t-tweġibiet dejjem kienu konsistenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend