Keith Schembri jippubblika l-Audit li jikkonferma l-verżjoni tiegħu – One News

Keith Schembri jippubblika l-Audit li jikkonferma l-verżjoni tiegħu

    • L-Audit tikkonferma li la kien hemm kont bankarju u li qatt ma sar negozju

Keith Schembri ppubblika l-audit tal-kumpanija li fetaħ fil-Panama li jikkonferma li la kien hemm kont bankarju u lanqas flus f’din il-kumpanija.

L-audit saret minn Crowe Horwath li hija waħda mill-akbar għaxar kumpaniji ta’ awditjar fid-dinja.

Din il-kumpanija filfatt għamlet ezerċizzju ta’ awditjar sħiħ fuq il-kumpanija Tillgate Inc. u sabet li din il-kumpanija qatt m’għamlet xi forma ta’ negozju u lanqas biss kien hemm fiha kont bankarju.

Keith Schembri qal li huwa evidenti li l-akkużi kollha kontrih illum huma ppruvati bla bażi u b’intenzjonijiet ħżiena.

Schembri ppubblika wkoll ittra li bagħat lil Pana Committee fejn infurmahom li ma kienx qed jilqa’ l-istedina biex jidher quddiem dan il-Kumitat għax huwa jwieġeb lill-Gvern Malti u mhuwiex politiku elett. Fl-istess ħin għaddilhom kemm l-audit li sar fuq il-kumpanija.

Fl-ittra lil Pana committee huwa jgħid li min għamel dawn l-akkużi xtaqt li sal-lum huwa jkun mejjet u ppubblika mal-ittra storja fejn Daphne Caruana Galizia allegat li kellu kanċer terminali u li kien se jmut fiż-żmien ftit xhur. Hu qal li Simon Busuttil rikeb fuq il-karru ta’ Caruana Galizia kemm fuq dan l-attakk u kemm fuq attakki oħra.

Wara li lbieraħ ġie ppubblikat li Egrant qatt ma għaddiet għand idejn terżi u baqgħet ta’ Nexia BT, l-ippubblikar ta’ dan l-audit se jġib fix-xejn l-kampanja qarrieqa u ta’ gideb tal-Partit Nazzjonalista.

 

[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/02/Haast-Trust-Finanical-Statements-and-Audit-Opinion.pdf” title=”Haast Trust – Finanical Statements and Audit Opinion”] [pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/news/wp-content/uploads/2017/02/Letter-to-PANA-Committee.pdf” title=”Letter to PANA Committee”]

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend