Trump se jkun aħrax mal-immigranti – One News

Notifiki

Trump se jkun aħrax mal-immigranti

Id-dipartiment tas-sigurtá interna se jkun qed jippublika linji gwida ġodda ibbażati fuq l-ordnijiet eżekuttivi tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, dwar l-immigrazzjoni u s-sigurtá tal-fruntiera.

Hemm informazzjoni dwar diversi immigranti fl-Istati Uniti mhux dokumentati kif suppost u għalhekk dawn se jkunu qed jaffaċjaw problemi ġodda hekk kif il-linji gwida se jaffettwaw lil dawn il-persuni li diġa’ qed jgħixu l-Amerka u lil dawk li beħsiebhom iffitxu l-ażil fil-futur.

Id-dettalji li ntbagħtu mis-Segretarju tad-dipartiment tas-sigurtá interna juru l-ewwel passi tal-politika ta’ Trump dwar l-immigrazzjoni, li skont is-CNN se jkunu qed iġibu tibdil sostanzjali fil-mod ta’ kif tiġi infurzata l-liġi.

Il-linji gwida mistennija jinfurzaw aktar il-liġi dwar l-immigrazzjoni kif ukoll dwar minuri li ma jkunux akkumpanjati meta jidħlu fil-pajjiż. Huwa mistenni li dawn ir-regoli jwasslu biex immigranti li qed jistennew biex jingħataw l-ażil jintbagħtu lura lejn il-Messiku.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend