“Din mhix kriminali” – Jaqbżu għall-għalliema li weħlet ħames snin ħabs – One News

Notifiki

“Din mhix kriminali” – Jaqbżu għall-għalliema li weħlet ħames snin ħabs

Rabtin, għalliema kollegi u qraba ta’ għalliema li fl-aħħar jiem intbagħtet il-ħabs, bdew petizzjoni b’appell lill-awtoritajiet biex tinbidel il-liġi. Dan biex tkun l-omm ta’ 34 sena tkun tista’ teħel piena differenti mill-ħames snin ħabs li kienet ikkundannata fl-aħħar jiem.

Il-petizzjoni li bdiet iddur online tgħid li l-Qrati għandhom jimponu piena iktar ġusta. Dorianne Camilleri tajret żewġ anzjani fl-2011 u wieħed minnhom miet. L-oħra baqgħet b’diżabbiltà. Din is-sentenza peró qanqlet rabja fuq il-midja soċjali.

“Trid tkun tafha biex tifhem lil min se nibagħtu l-ħabs,” qalet għalliema li tkellmet magħna u li fissret il-weġgħa tagħha li tara omm ta’ ulied fl-aqwa tagħhom tkun issentenzjata għal snin wara ċ-ċella ta’ Kordin.

“Din mhix kriminali,” kompla jingħad lilna. Il-Qorti qalet li ħames snin kienet l-inqas piena li setgħet tagħti. U fid-dibattitu hemm min semma wkoll x’jistgħu jħossu l-qraba tal-vittmi tal-inċident, għalkemm il-messaġġ ta’ ħafna qed ikun li f’dan il-każ il-ħabs mhux se jkun ta’ kumpens.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend