"Huwa d-dover ta' KULĦADD li noffru merħba" – JM | One News

Notifiki

“Huwa d-dover ta’ KULĦADD li noffru merħba” – JM

Gvern li jġib l-‘A’s

Quddiem l-iktar mistoqsijiet diffiċli, nagħtu l-iktar tweġibiet konvinċenti, li jikkonvinċu lil Maltin, lill-Għawdxin u anka lill-barranin. Hekk beda d-diskors tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat fiċ-Ċentru Laburista tar-Rabat.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenzija tar-Rating Fitch ikkonfermaw dan din Il-ġimgħa fakkar il-Prim Minsitru. “Pajjiżna mhux biss kiseb ‘A’ imma qalulna li Malta se tibqa’ miexja ‘l quddiem” Imma positive outlook’ xi jfisser għall-poplu, saqsa ‘l Prim Ministru lill-folla miġbura fir-Rabat?

Dan ifisser li l-pajjiż se jkollu iktar xogħol, jiżdiedu l-pagi u jiżdied id-dħul għall-familji stqarr Muscat.

“Hemm hi l-kwalita tal-ħajja, li mhux biss jiżdiedu n-nies li jaħdmu, imma l-familji jaqilgħu iktar flus, u fl-aħħar tax-xahar il-familji jkollhom iktar flus għal uliedhom”

L-isfida hi, sostna l-Prim Ministru, li kull darba li jgħidulna li se mmorru tajjeb, nagħmlu sforz u mmorru aħjar u nissorprendu. Dan mingħajr man-nies jagħmlu s-sagrifiċċji, anżi filwaqt li n-nies qed jirċievu iktar.

“Dan huwa l-iktar Gvern ekonomikament kompetenti ta’ kull żmien fl-istorja ta’ pajjiżna. L-aktar gvern li ħa jkun ġab ġid għal familji, għan-negozji, żied il-pagi u ġab xogħol. Dik hija l-istorja ta’ dan il-gvern”

Spiċċajna min-nies ifittxu x-xogħol għax-xogħol ifittex lin-nies

Il-Gvern qed iħares biex jibda jipprepara għal qabża li jmiss, sostna Muscat, li kull minn jaħdem ikollu paga aħjar, li żgur twassallu sal-aħħar tax-xahar.

“Kull min irid jaħdem rasu mistrieħ għax-xogħol ta’ wliedu għax jaf li hawn ix-xogħol fil-pajjiż.” “Tuna iktar żgħażagħ” dak hu l-kumment li jisma’ l-Prim Minsitru issa meta jżur il-kumpaniji.

Għalhekk appella liż-żgħażagħ biex jagħżlu li jitħarġu u jiksbu kompetenzi li hemm bżonn f’ pajjiżna.

Iġġudikawna mhux fuq l-applikazzjonijiet imma fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu

B’ referenza għall-ambjent u l-iżvilupp, il-Prim Ministru fakkar kif dan il-gvern saħħaħ is-sistema li biha jingħataw il-permess għall-iżvilupp biex pajjiżna jkollu entitajiet li jissalvagwardjaw l-ambjent aħjar.

“Ħaddieħor applika u iddeċieda li jrid jagħmel villa fuq ODZ”

Fl-istess ħin li hu u l-kap tiegħu riedu jqarqu bil-pajjiż fakkar il-Prim Ministru b’referenza għall-applikazzjoni ta’ Toni Bezzina.

Għad jiddispjaċik bl-appoġġ li qed tagħti lill-Perit Bezzina, għax is-sitwazzjoni tiegħu hija insostenibbli politikament. Irrimarka kif l-oppożizzjoni qed twiegħed lill-diversi klubbs sportivi li se jingħataw permess jibnu fuq art ODŻ. Iżda l-gvern qed jibqa’ jippersisti li jinstabu alternattivi f’ żoni ta’ żvilupp, anka jekk din hija deċiżjoni politikament sensittiva.

Simon Busuttil “INT GIDDIEB”

Il-Prim Ministru saħaq li dan l-aġġettiv jgħidu b’ responsabbiltá kbira lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Qal b’determinazzjoni li dan mhuwiex gvern li se jħalli min iħammġu meta min iħammġu għandu biss l-arma tal-gideb.

“Il-bżieżaq tal-kap tal-Oppożizzjoni, waħda waħda, qed jinfaqawlu f’ wiċċu” qal Muscat.

Din il-ġimgħa infaqatlu l-ikbar bużżieqa– il-gidba dwar il-Panama. Il-Prim Ministru għamel referenza għall-episodju fil-qorti din il-ġimgħa meta Simon Busuttil irrifjuta li jixhed, allavolja kien fl-awla tal-qorti u kien mitlub jirrepeti l-kliem li qal fil-pubbliku.

Busuttil inħeba wara l-avukat, “il-klijent tiegħi mhux ippreparat” qal l-avukat tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

“Mhuwiex ippreparat li jixhed fuq kelma, aħseb u ara kemm hu ppreparat li jmexxi lil pajjiż”

Muscat ammetta li għamel żball li ma weġibx mill-ewwel għall-gideb assurdi tal-Partit Nazzjonalista dwar it-tielet kumpanija fil-Panama. B’ responsabbilitá, qal b’ mod ċar li Simon Busuttil huwa giddieb u ‘ħalliel tal-verita’. B’kampanja ta’ sena bbażata fuq il-gidba li Muscat għandu kumpanija l-Panama l-Oppożizzjoni wriet li mgħandiex viżjoni għal pajjiż.

“Tibbaża ruħek fuq gidba meta m’għandek assolutament xejn x’toffri lill-pajjiż.”

“Xorta noffri l-id tal-ħbiberija” qal Muscat- lil poplu kollu għaliex mhuwiex ġust li jissaħnu l-irjus. Hekk titlob il-viżjoni li l-poplu kollu jimxi ‘l quddiem.

Muscat appella lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex iżomm il-ġlieda fuq livell politiku u jkun hemm relazzjoni politika diċenti. Politika li qed tressaq iktar nies lejn il-Partit Laburista.

“Mhux biżżejjed li Joseph Muscat jgħidilhom merħba, huwa d-dover ta’ kulħadd li lil dawn lin-nies ngħidulhom merħba lil dan il-moviment”

Dan huwa s-sisien il-kbira ta’ kif se tkun strutturata mill-ġdid it-tkomplija ta’ dan il-moviment qal il-mexxej tal-Partit Laburista.

Ħaddieħor irid idaħħal il-firda, tal-aħmar kontra l-blu għax qed iħoss li niesu qed jitilquh stqarr Muscat u hekk biss iżommhom miegħu.

Għalkemm sfida, fakkar li l-Partit Laburista iridu jiskopri mill-ġdid il-valur il-kbir li kien tant b’ saħħtu- li jkollu idejh miftuħ beraħ għal min kien jaħsibha differenti, u li issa jrid jingħaqad mal-moviment.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend