Busuttil se jerġa' jniżżel in-nies fit-toroq | One News

Notifiki

Busuttil se jerġa’ jniżżel in-nies fit-toroq

Simon Busuttil se jkun qed jerġa’ jniżżel in-nies fit-toroq. Dan hekk kif fl-indirizz tiegħu lill-folla li nġabret għall-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista fil-Belt Valletta qal li hu lest li jkompli jniżżel in-nies fit-toroq biex iwassal il-messaġġ.

B’dan il-kliem Simon Busuttil ikkonferma li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed ikompli bil-kampanja negattiva tiegħu u jipprova jwaqqaf it-tkabbir ekonomiku li għandu pajjiżna.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel kliem ta’ konfront u attakka l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna biex iħeġġeġ il-folla Nazzjonalista miġbura quddiemu biex id-darba li jmiss terġa’ tattendi.

“Jien ma nibżax minnek,” qal Busuttil lil Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat.

Ma naqsux il-mumenti fejn Simon Busuttil għażel li jirrepeti affarijiet li bil-fatti kienu diġa’ miċħuda. Huwa reġa’ saqsa ta min hi Egrant minkejja li fi storja tal-MaltaToday ikkonfermat li Egrant hija ta’ Nexia BT. L-istess għamel dwar il-liġi tal-midja u l-malafama, Simon Busuttil reġa’ għażel li jigdeb dwar liġi li mhux biss tagħti iktar libertà iżda tirrikonoxxi wkoll realtajiet ġodda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend