“Bidlu l-mentalità dwar il-kuntatt ta’ bejn it-tfal u l-għalliema” – One News

Notifiki

“Bidlu l-mentalità dwar il-kuntatt ta’ bejn it-tfal u l-għalliema”

L-għalliema li jevitaw li jkollhom kuntatt fiżiku mal-istudenti tal-klassi xorta waħda jkunu qed iwettqu abbuż fuq it-tfal, dan skont l-esperti tal-British Psychological Society (BPS).

Il-membri ta’ din is-soċjeta qalu li għalliema li ma jmissux it-tfal meta jkunu kuntent, imdejqin jew inkwetati tista’ twassal għall-problemi fl-iżvillupp tat-tfal.

Il-psikoloġista tat-tfal, Sean Cameron qal li wieħed qed jinsa kemm hu importanti dan il-kuntatt bejn l-għalliema u t-tfal għall-iżvilupp tagħhom. “Meta għalliema ma jkolliex dan it-tip ta’ kuntatt, hija fiha nnifisa tip ta’ abbuż psikoloġiku,” stqarr il-Psikoloġista.

Il-psikoloġisti ta’ din is-soċjetá appellaw biex l-iskejjel ibiddlu l-mentalita u l-attitudni tagħhom dwar il-kuntatt fiżiku li għalliem ikollu mal-istudenti, huma spjegaw lil ġenituri li dan l-element mhux biss huwa neċċessarju iżda huwa kruċjali fir-relazzjoni ta’ bejn student u għalliem.

Il-Professur Francis McGlone, kap ta’ newroxjenza fl-Universita ta’ Liverpool, qal li dan il-kuntatt bejn l-għalliema u l-istudenti huwa essenzjali ħafna fl-iżvilupp tal-moħħ tat-tfal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend