Sarima ma' ħalq ħadd | One News

Notifiki

Sarima ma’ ħalq ħadd

Il-liġi tal-istampa li għandna sa llum il-ġurnata nkitbet fl-1975, u kienet emendata fl-1996.

Minn dakinhar ‘l hawn twieled l-internet, u l-liġi kif qiegħda bħalissa taħseb li dan lanqas biss jeżisti f’pajjiżna.

F’kummenti ma’ One News, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici spjega kif il-liġi l-ġdida hija mmirata li testendi aspett li kien diġà eżistenti.

Il-proposti ppreżentati iktar kmieni din il-ġimgħa kienu fuq fomm kulħadd. Ħafna tkellmu favur, fosthom l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.

Minkejja dan, l-Oppożizzjoni għażlet li tkun negattiva u ħolqot allegazzjonijiet mhux minnhom.

Il-Ministru Bonnici sostna wkoll li, dak li jkun, baqa fil-liberta li joħloq paġna fuq il-midja soċjali mingħajr il-bżonn li jirreġistra.

Daqstant ieħor huma esklużi blogs li ma jippublikawx aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti.

U minkejja l-proposti l-ġodda fil-liġi tal-istampa, is-sors se jibqa protett.

Il-Ministru tenna li l-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni jagħmel xi sarima ma’ ħalq xi ħadd, filwaqt li se jibqa miftuħ għas-suġġerimenti ta’ kulħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend