Maltempata kbira tħalli żewġ persuni mejta f’Kalifornja – One News

Notifiki

Maltempata kbira tħalli żewġ persuni mejta f’Kalifornja

Waħda mill-ikbar maltempati tul is-snin f’Kalifornja, l-Istati Uniti laqtet lil dan l-istat u ħalliet żewġ persuni mejta.

Il-maltempata mistennija ġġib magħha għargħar kbar, b’aktar minn mitt dar diġa ġew evakwati fost biża’ ta’ aktar maltemp f’Los Angeles.

Aktar minn mitejn u ħamsin titjira wkoll ittardjaw jew ġew ikkanċellati fl-ajruport internazzjonali ta’ Los Angeles. Dan filwaqt li għadd ta’ toroq ingħalqu.

Intant, meteorologu Amerikan qal li f’ġimgħa waħda mistennija jinżlu fuq Kalifornja mal-għaxar triljun gallun ta’ xita.

Ammont li qal li huwa saħansitra biżżejjed biex jipprovdu l-ilma kollu li jgħaddi min-Niagara Falls għal mija erbgħa u ħamsin jum.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend