Għaxar snin minn meta Britney Spears qabżitilha – One News

Notifiki

Għaxar snin minn meta Britney Spears qabżitilha

Għaddew propju għaxar sninn minn meta l-artista famuża mondjali Britney Spears daħlet għand stilista tax-xagħar u qaxxret xagħrha kollu. Dan kollu taħt il-lenti tal-paparazzi li fl-ebda mument ma kienu jħalluha bi kwieta. Kienu biss ftit jiem wara li Spears attakkat fotografu b’umbrella fejn f’ritratt li kien ippubblikat dehret tagħti daqqa b’umbrella lil vettura bajda f’pompa tal-petrol.

Diversi ritratti ta’ dawn il-jiem tant diffiċli għal Spears baqgħu jinxterdu fuq l-internet, dejjem hemm biex ifakkru lil Spears minn xiex għaddiet u kemm mexiet ‘il quddiem kemm fil-karriera tagħha u kif ukoll fil-ħajja personali.

Bosta jsejħu dawn il-mumenti bħala parti mill-istorja tal-kultura pop, li verament jikxfu dak li jgħaddu minnu artisti famużi u kif, bħal kull bniedem, huma tad-demm il-laħam.

Filwaqt li dan kien żmien ta’ dlam ċappa għall-artista, fejn aktar tard kienet saħansitra ttieħdet l-isptar minħabba mumenti diffiċli mmens f’ħajjitha, Spears illum il-ġurnata hi xempju ta’ kif fil-ħajja dejjem għandek tibqa’ tipprova u kif wieħed għandu jagħmel kuraġġ hekk kif wara l-maltemp jiġi l-bnazzi.

Illum il-ġurnata din l-artista hi storja ta’ suċċess fejn fl-età ta’ 35 sena qed tagħmel ‘il fuq minn $30.5 MILJUN grazzi għall-mużika li toħroġ, xows li tagħmel u diversi affarijiet oħra. Żgur mhux forsi li għalkemm tul dawn l-aħħar għaxar snin għamlet ħafna suċċessi, wieħed mill-agħar mumenti f’ħajjitha xorta se jibqa’ ttimbrat bħala mument li ma jintesa’ qatt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend