Arrestat raġel b’rabta mal-qtil ta’ ħu Kim Jong-un – One News

Notifiki

Arrestat raġel b’rabta mal-qtil ta’ ħu Kim Jong-un

Il-Pulizija Koreana arrestat raġel resident fil-Korea ta’ Fuq b’rabta mal-qtil ta’ Kim Jong-nam ħu l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un.

L-ewwel persuna mill-Korea ta’ Fuq li ġiet arrestata b’rabta ma’ dan il-qtil kienet persuna bl-isem ta’ Ri Jong Chol, ta’ 46 sena.

Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Pulizija waqqtfet tliet persuni oħra fl-ajruport; raġel mill-Indoneżja, mara mill-Malażja u mara oħra li kellha passaport Vjentamiż.

 

Il-Pulizija qed jissuspettaw li l-aggressur għamel xi tip ta’ kimika velenuża ma’ wiċċ Kim waqt li kien qed jistenna biex jitla’ abbord titjira li kienet sejra minn Kuala Lampur għal Macau.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend