"Qumu u semmgħu leħinkom kontra BREXIT" – Tony Blair | One News

Notifiki

“Qumu u semmgħu leħinkom kontra BREXIT” – Tony Blair

Tony Blair, mistenni jagħmel diskors li fih se jkun qed jakkuża lil Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, li trid li toħroġ lil pajjiża mill-Unjoni Ewropea akkost ta’ kollox u li għażlet li tinjora l-effetti negattivi li dan il-pass jista’ jkollu fuq pajjiża.

L-eks Prim Ministru appella li ċ-ċittadini tar-Renju Unit għandhom dritt li jbidlu d-deċiżjoni li ħadu u se jkun qed jappella lil dawk l-48% li vvottaw kontra BREXIT biex jirreaġixxu u jsemmgħu leħinhom favur li r-Renju Unit jibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea.

“Il-ħaddiema li ġejjin mill-pajjiżi membri qed jitilqu minn pajjiżna, BREXIT se jġib miegħu diżastru,” sostna Blair.

Iżda fl-isfond ta’ dan id-diskors, May qed tipprepara għall-laqgħa tagħha mal-Prim Ministru Franċiż Bernard Cazeneuve, hekk kif is-senat tiegħu ppubblika rapport li jikkonkludi li r-Renju Unit m’għandiex tkun aħjar wara li ma tibqax membru tal-Unjoni Ewropea.

Id-diskors ta’ Blair f’Londra, se jkun qed isir ftit jiem qabel ma’ l-House of Lord tiddiskuti BREXIT, li jekk ikun hemm qbil fuq liġi li eventwalment tagħti l-poter lil Prim Ministru biex tapplika artiklu ħamsin u b’hekk jibda l-proċess uffiċjali ta’ sentejn li jippermetti lil pajjiż biex jinħall mir-rabta mal-Unjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend