"L-investituri Torok sabu t-tieni d-dar tagħhom f'pajjiżna" – JM | One News

Notifiki

“L-investituri Torok sabu t-tieni d-dar tagħhom f’pajjiżna” – JM

Napprezza ħafna l-investituri Torok f’pajjiżna, nemmen li f’pajjiżna sabu t-tieni dar tagħhom. Stqarr dan il-Prim Ministru Joseph Muscat matul it-Turkish Maltese Business Forum. Muscat qal li filwaqt li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat huma b’saħħithom u li hemm setturi li ż-żewġ naħat jistgħu jaħdmu iżjed dwarhom, fosthom is-settur marittimu, e-commerce u l-edukazzjoni.
Fil-qasam edukattiv, Muscat innota li l-Gvern Tork qed jaħdem biex l-istudenti tal-pajjiż jitgħallmu t-l-Ingliż u huwa f’dan il-qasam li pajjiżna jista’ tassew jgħin. Muscat ikkonferma l-appoġġ ta’ Malta biex it-Turkija ssir membru tal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru Tork qal li jrid isaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi u li jista’ jkun hemm kooperazzjoni akbar bejn iż-żewġ pajjiżi hekk kif għandhom bosta similiratijiet. Aktar minn 500 investitur Tork qed jagħmlu negozju f’Malta f’setturi differenti fosthom fil-qasam finanzjarju u kostruzzjoni. Huwa faħħar il-fatt li anke jekk l-Unjoni Ewropea kienet għaddejja minn żmien diffiċli, Malta taħt it-tmexxija Muscat esperjenzat l-ikbar tkabbir ekonomiku.
Il-Ministru għall-ekonomija Tork flimkien mal-President tal-Kamra tal-Kummerċ Torka rrimarkaw l-importanza ta’ Malta għat-Turkija. Issa li Malta għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa ideali li l-ħsibijiet tat-Turkija jersqu quddiem l-Unjoni Ewropea. Kien irrimarkat li l-ħamsin sena relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi nbnew fuq bażijiet sodi u issa wasal iż-żmien li tittieħed fuq livell ġdid, li jkunu esplorati setturi ġodda ta’ negozju.
Waqt il forum, il-ministru għall-ekonomija Chris Cardona qal li fi żmien li ġej se jibdew diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-custom duties (dwana), suġġett li l-Gvern tork jixtieq li jkun indirizzat.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend