F’appell imqanqal, Trump jaqbeż għal martu – One News

Notifiki

F’appell imqanqal, Trump jaqbeż għal martu

Bla dubju, li l-politiċi huma esposti għall-kritika iżda anke dawk ta’ madwarhom. Filfatt, Melania Trump, il-mara ta’ Donald Trump sa mill-ewwel ġurnata kienet affaċjata bi kritika hekk kif kienet akkużata li kienet taħdem bħala escort. Liema akkużi kienu foloz hekk kif hija rebħet il-każ li ressqet kontra l-gazzetta Ingliża fil-Qorti.

Dwar dan tkellem il-President tal-Istati Uniti f’konferenza tal-aħbarijiet u stqarr li l-mara tiegħu se tkun rappreżentanta tajba ħafna tan-nisa.

Huwa ħa l-opportunitá biex ifaħħar lil Melania li ma tantx rajniha quddiem il-kamera wara li Trump inħatar President.
“Hija se tkun rappreżentanta mill-aqwa għal dan il-pajjiż. Ilhi nafha għal żmien twil, u nikkundanna l-affarijiet li qed tgħid il-midja,” sostna Trump. Iżda li bejn Trump u l-midja hemm batibekk kontinwu, kulħadd jafu u għalhekk għad irridu naraw jekk dan id-diskors imqanqal hux se jkun qed iwaqqaf l-allegazzjonijiet kontra martu.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend