Mijiet ta’ djar evakwati wara nirien kbar fi New Zealand – One News

Notifiki

Mijiet ta’ djar evakwati wara nirien kbar fi New Zealand

Mijiet ta’ djar fil-belt ta’ Christchurch fi New Zealand ġew evakwati wara li nirien kbar ħakmu l-periferiji tal-belt u qed jinfirxu b’ritmu mgħaġġel.

Fil-belt ġie ddikjarat stat t’emerġenza, u numru ta’ distretti fil-viċin qed jagħtu l-għajnuna tagħhom billi bgħatu numru ta’ pumpiera li qed jgħinu jikkontrollaw in-nirien.

Numru ta’ djar inqerdu għal kollox kawża tal-istess nirien.

Għadu mhux ċar x’ikkawża dan l-inċident, iżda l-Prim Ministru tal-pajjiż Bill English iddeskrivieh bħala każ suspettuż.

L-investigazzjonijiet għahdom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend