Busuttil jirrifjuta li jixhed dwar Panama – ebda provi kontra Keith Schembri | One News

Notifiki

Busuttil jirrifjuta li jixhed dwar Panama – ebda provi kontra Keith Schembri

Simon Busuttil irrifjuta li jixhed f’kawża ta’ libell li fetaħlu ċ-chief of staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

Dan minħabba li l-avukat ta’ Busuttil qal li l-klijent tiegħu ried ikollu ċ-ċans jipprepara sew dwar l-allegazzjonijiet li għamel sena ilu fuq Keith Schembri b’rabta mal-Panama.

Fil-fatt l-avukat Peter Fenech, qajjem kjass fl-awla meta talab lill-avukat ta’ Keith Schembri biex jippreżenta id-diskors ta’ Busuttil li permezz tiegħu Schembri ħassu malafamat bih.

L-avukat Pawlu Lia wieġeb li minbarra li kien diġà tah fejn Schembri ħassu malafamat id-diskors, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jistax ikun kredibbli li jgħid li ma jiftakarx x’qal meta dan huwa diskors li jirrepeti kull ċans li jkollu. Għalhekk wieħed jifhem li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jridx jixhed.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend