Inqatlu waqt li kienu qed ixandru 'live' fuq ir-radju | One News

Notifiki

Inqatlu waqt li kienu qed ixandru ‘live’ fuq ir-radju

Tliet irġiel kienu arrestati wara li żewġ ġurnalisti nqatlu waqt li kienu qed ixandru b’mod dirett fuq ir-radju.

Il-każ seħħ fid-Repubblika Dominikana, u wieħed mill-ġurnalisti kien qed jiffilmja x-xandira fuq Facebook Live meta nqatel.

Fil-filmat jidher ix-xandira mwaqqfa ħesrem u mara twerżaq li kienu sparati tiri. Il-vittmi kieu Luis Manuel Medina u Leo Martinez.

Hawn jidher wieħed minnhom jitkellem waqt li nqatel sieħbu, lejn l-aħħar tal-filmat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend