Busuttil dgħajjef: jemmen lil Claudio Grech meta gideb | One News

Notifiki

Busuttil dgħajjef: jemmen lil Claudio Grech meta gideb

Il-Partit Laburista ddeskriva lill-Kap tal-Oppożizzjoni bħala dgħajjef wara li lbieraħ Simon Busuttil qal li jemmen li Claudio Grech nesa li ltaqa’ mal-protagonist tal-iskandlu taż-żejt. Kien fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi li Grech ċaħad li ltaqa’ ma’ Grech, iżda mbagħad gidbuh imejls u xhieda tal-istess George Farrugia fil-Qorti.
F’konferenza tal-aħbarijiet l-avukat Stefan Zrinzo Azzopardi emfasizza li f’dan il-każ qed nitkellmu dwar l-ikbar skandlu ta’ korruzzjoni f’pajjiżna, dak b’rabta max-xiri taż-żejt. U għalhekk mhumiex aċċettabbli dikjarazzjonijiet bħal dawk ta’ Grech li jgħid li ma jiftakarx li ltaqa’ ma’ min f’dan il-każ huwa protagonist. Innota l-ironija ta’ kif filwaqt li jgħid li ma ltaqax ma’ George Farrugia kien irrekordja bil-moħbi laqgħa ma’ ieħor mill-aħwa Farrugia.

Xi ħaġa li saret magħrufa f’kawża oħra l-Qorti. Il-Ministru Carmelo Abela nnota kif Claudio Grech mar pass iktar minn hekk u fl-aħħar sigħat qal li huwa rrelevanti jekk iltaqax ma’ George Farrugia u li kieku ltaqa’ l-laqgħa kienet tgħamillu unur. Kien quddiem dikjarazzjonijiet bħal dawn li nnota kif Simon Busuttil irid juri li huwa Kap li jaf jieħu d-deċiżjonijiet u mhux jgħid li jemmen lil Claudio Grech meta hemm provi li juru li dak li qal hu ma kienx il-verità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend