Biżżejjed provi biex jgħaddu ġuri f’każ fejn miet ħaddiem – One News

Notifiki

Biżżejjed provi biex jgħaddu ġuri f’każ fejn miet ħaddiem

Erba’ persuni se jittressqu quddiem il-Qorti Kriminali b’rabta mal-mewt ta’ ħaddiem mill-Lativia ta’ sebgħa u għoxrin sena li tilef ħajtu meta ikkrollat struttura waqt li kienu għaddejjin xogħolijiet ta’ estenzjoni fil-Lukanda Seabank fl-elfejn u tnax.

Dan wara li l-Qorti tal-Maġistrati semgħet l-evidenza kollha miġjuba fl-istadju ta’ kumpilazzjoni. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddeċidiet li għandu jinfetaħ każ kontra erbgħa mill-ħames ko-akkużati b’akkuża ta’ omiċidju involontarju.

Il-Persuni li qed jinżammu responsabbli tal-inċident traġiku huma l-arkitett Robert Sant ta’ 53 sena minn Ħal Balzan, il-kuntratturi  Ettienne u missieru Angelo Bartolo ta’ 38 u 63 sena rispettivament minn Ħaż-Żebbuġ f’isimhom u f’ isem il-kumpanija B&B Construction Ltd, u Pierre Farrigia ta’ sebgħa u erbgħin sena minn ta’ Xbiex bħala direttur tal-istess kumpanija ta’ kostruzzjoni.

Il-Qorti ma ħassitx li l-arkitett l-ieħor Reuben Gatt kien responsabbli għall-inċident u għaldaqstant mhumiex se jinfetħu proċeduri kontrih.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend