Żagħżugħ arrestat wara sejba ta' droga | One News

Notifiki

Żagħżugħ arrestat wara sejba ta’ droga

Żagħżugħ ta’ 19-il sena, residenti l-Marsa, ġie arrestat wara ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wara jiem ta’ osservazzjoni fl-inhawi tal-korsa tal-Marsa, wasslet għal sejba ta’ droga.

Iż-żagħżugħ instab fil-pussess ta’ diversi qratas suspettati eroina u kokaina li kien qed jittraffika dak il-ħin stess. Il-Pulizija elevat ukoll diversi qratas suspettati eroina u kokaina li l-ġuvni prova jarmi malli intebaħ bil-Pulizija. Ġew elevati wkoll diversi qratas li kienu lesti għat-traffikar, li kienu moħbija viċin ta’ fejn huwa ġie arrestat.

Huwa  jinstab arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall-aktar investigazzjoni. Mhux eskluż li jitressaq il-Qorti taht arrest fiż-żmien stipulat mill-liġi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend