Kampanja ta' mħabba fit-toroq Maltin | One News

Notifiki

Kampanja ta’ mħabba fit-toroq Maltin

Jum San Valentinu qiegħed magħna u għal din l-okkażjoni Transport Malta ħejjew kampanja ta’ mħabba li tħeġġeġ lis-sewwieqa juru ftit imħabba waqt li jkunu qed isuqu.

Filwaqt li din il-kampanja tħejjiet propju għal din il-festa tal-maħbubin, TM sostnew li wieħed għandu juri mħabbtu mhux biss waqt dan il-jum speċjali iżda saħansitra tul is-sena kollha. Qalu li filwaqt li l-karozzi huma konvenjenti jaf jikkawżaw traġedji jekk ma jintużawx kif sippost.

Fil-messaġġ tagħhom TM qalu li fid-dawl li hemm diversi sewwieqa fit-toroq, kulħadd għandu jirrispetta lil xulxin meta jkun fit-triq kemm jekk int sewwieq ta’ karozza, mutur, jew rota u kif ukoll jekk int persuna miexja fit-triq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend