178 student fil-programm tal-ALP – One News

Notifiki

178 student fil-programm tal-ALP

Bħalissa hemm 178 student fil-programm ta’ tagħlim alternattiv maħsub biex jilqa’ u jeduka studenti li jkunu qatgħu qalbhom mill-iskola għal xi żmien. Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo qal li l-programm tal-ALP ta’ din is-sena jidher li qed iħalli l-frott meħtieġ fejn l-istudenti qed jingħataw taħriġ vokazzjonali u applikat f’diversi suġġetti bħall-Inġinerija, Servizzi jew Performing Arts.

L-istudenti jingħataw ukoll tagħlim fis-suġġetti prinċipali bħall-Matematika, l-Ingliż, il-Malti u l-ICT, kif ukoll fis-suġġetti l-oħra supplimentari.

Din is-sena qed jattendu 154 studenti (co-ed), fejn qed jilħqu livell MQF 1 jew 2 fil-ħames sena tas-sekondarja, filwaqt li hemm 24 student postsekondarju fejn qed jistudjaw Welding & Fabrication jew Hospitality & Customer Care f’livell 3.

“L-għan huwa li dawn inħeġġuhom biex ikomplu jistudjaw l-MCAST jew l-ITS,” qal il-Ministru għall-Edukazzjoni.

Omm li tkellmet mal-gazzetta KullĦadd fissret kif għal snin twal binha ma riedx jaf bl-iskola imma permezz tal-proġett ta’ tagħlim alternattiv nibtet l-imħabba għas-sena tal-welding u llum hija moħħha mistrieħ ferm iktar minn qatt qabel dwar il-ġejjieni ta’ binha. “Almenu għandu sena,” qalet l-omm li tkellmet magħna.

Bħala parti mill-programm qed ikun offrut wkoll is-servizz ta’ tagħlim tal-Matematika, tal-Ingliż u tal-Malti bħala preparazzjoni fil-MATSEC wara l-ħin tal-iskola bla ebda ħlas bejn it-2:45 u l-4:45 ta’ waranofsinhar, għal dawk l-istudenti li wrew ix-xewqa li joqogħdu għal dawn l-eżamijiet. Jidher li dan il-programm qed iħalli l-benefiċċju meħtieġ għax l-attendenza ta’ dawn l-istudenti hija regolari u hemm l-involviment u l-koperazzjoni meħtieġa min-naħa tal-istudenti u tal-ġenituri tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend