Raġel isofri ġrieħi gravi wara li jaqa’ min fuq trakk – One News

Notifiki

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li jaqa’ min fuq trakk

 

Illum, għas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu, seħħ inċident fi Triq il-Fortizza, Mosta.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li serb ta’ 39 sena, residenti San Pawl il-Baħar, waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qed iħott il-ġebel .

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend