REKORD fl-ammont ta’ operazzjonijet f’Mater Dei; TNAQQIS DRASTIKU fil-waiting lists – One News

Notifiki

REKORD fl-ammont ta’ operazzjonijet f’Mater Dei; TNAQQIS DRASTIKU fil-waiting lists

Fl-2016 saru 64,000 operazzjoni f’Malta u Għawdex. Dan huwa rekord ġdid fil-qasam tas-saħħa hekk kif fl-2015 saru 60,000 operazzjoni.

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-isptar Mater Dei. Ir-rekord intlaħaq hekk kif ir-riżorsi bdew ikunu wżati aħjar, fosthom bl-użu itwal tat-teatri, inkluz fil-Ħdud. Filfatt fl-2016 saru 1,700 operazzjoni nhar ta’ Ħadd.
Barra minn hekk, il-Ministru Fearne qal li minn lista’ ta’ stennija ta’ 27,000, niżlet għal 14,000.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend