GĦAJNUNA KONKRETA LIL-LIBJA | One News

Notifiki

GĦAJNUNA KONKRETA LIL-LIBJA

 

Disgħa u tmenin persuna mill-gwardja tal-kosta l-qawwa navali Libjana ngħataw taħriġ bħala parti minn operazzjoni Ewropea bl-isem EUNAVFOR Med Operation Sophia.

F’ċerimonja fuq il-bastiment Taljan, San Giorgio fil-Port il-Kbir, it-taħriġ tagħhom kien rikonoxxut uffiċjalment.

Dan fil-preżenza tal-Prim Ministru Malti u r-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin tal-Kummissjoni Ewropea, Federica Mogherini.

Joseph Muscat tenna li din hija prova oħra ta’ kif summit bħal dak ta’ Malta il-ġimgħa li għaddiet mhuwiex biss diskors.

“Il-kliem li ftehmna dwaru hawn Malta mhux kliem biss. Bil-fatti qed isir it-taħriġ. Il-ħbieb tagħna Libjani m’għandhomx bżonn min jikkmandahom għandhom bżonn imsieħba min jgħinuhom,” qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-Prim Ministru nnota kif dawk li ngħataw it-taħriġ huma n-l-persuni li jridu jgħinu u jsalvaw in-nies.

Fil-fatt it-taħriġ kien jikkonsisti f’diversi kompenti fosthom dwar it-tbaħħir, id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali.

Filwaqt li dan huwa prova ta’ kif il-kliem qed idur f’fatti wieħed irid jara r-riżultati fiż-żmien li ġej.

Il-Prim Minsitru qal li “Dan bidu ta’ era ġdida imma issa rridu naraw il-provi meta issa jibda jgħaddi ż-żmien u naraw kemm se jibqa’ sostenibbli dan kollu. Iżda żgur dan hu l-iktar effort sostanzjali li qatt sar f’dawn l-aħħar iż-żminijiet”

Ritratt: Reuben Piscopo

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend