Żewġ irġiel arrestati wara sejba ta' droga | One News

Notifiki

Żewġ irġiel arrestati wara sejba ta’ droga

 

Ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat raġel ta’ 34 sena li nstab fil-pussess tiegħu madwar 16-il gramma sustanza suspettata eroina u madwar nofs gramma sustanza suspettata kokaina. Ir-raġel kien fl-inħawi taċ-ċimiterju tal-Addolorata meta ġiet arrestat mill-Pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga.

Huwa tressaq il-Qorti taħt arrest dalgħodu u ġie akkużat bi traffikar u pussess aggravat tad-droga eroina u pussess sempliċi tad-droga kokaina u raża tal-kannabis, kif ukoll talli huwa reċidiv.

Ilbieraħ ġie arrestat ukoll, raġel ieħor ta’ 31 sena, residenti l-Belt Valletta, fejn waqt tfittxija mill-membri ta’ kontra d-Droga, f’kamra ta’ lukanda ġewwa l-Gżira, huwa nstab fil-pussess ta’ diversi qratas b’sustanza suspettatti kokaina u li kienu lesti sabiex jiġu ttraffikati, flimkien ma’ affarijiet relatati mal-abbuż u ttraffikar tad-droga.

Huwa ukoll tressaq taħt arrest il-Qorti, dalgħodu, akkużat bil-pussess aggravat tad-droga kokaina u eriona, talli huwa reċidiv u anke talli kkommetta l-imsemmija reati f’distanza ta’ mitt metru minn post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.

Iż-żewġ persuni ma ngħatawx il-liberta proviżorja u qed jinżammu taħt arrest preventiv ġewwa l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend