“LOW CULTURE GĦAX MALTI?” – One News

Notifiki

“LOW CULTURE GĦAX MALTI?”

Fost attivitajiet politiċi u ġrajjiet oħra, l-jum tal-Ħadd kien ikaratterizzat minn kumment dwar jekk ħanut tal-pastizzi hux ta’ livell għoli biżżejjed biex jilqa’ nies importanti bħal Prim Ministri.

Dan wara kumment fuq Facebook, fejn il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech tkażat għax il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ martu u Prim Ministri oħra marru għand tal-pastizzi. Post li sejħet ‘common’ u ‘crude’.

Lil hinn mill-kontroversja politika fiha nfisha, tkellimna mas-soċjologa Dr JosAnn Cutajar li l-ewwelnett nnutat kif il-parametri ta’ x’inhu ta’ klassi għolja jew baxxa, huma xi ħaġa li noħolqu aħna stess. F’soċjetà fejn hemm sforz favur l-inklussività, żiedet, għandha titnaqqas id-distinzjoni bejn livelli diversi tas-soċjetà.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend