Ċans ieħor għall-priġunieri li għandhom il-vizzju tad-droga – One News

Notifiki

Ċans ieħor għall-priġunieri li għandhom il-vizzju tad-droga

Il-Ministeru għall-intern flimkien mal-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin u l-Caritas iffirmaw ftehim li permezz tiegħu residenti fil-faċilita jingħataw l-għajnuna biex joħorġu mill-vizzju tad-droga.

Dan il-ftehim huwa għal tliet snin u din id-darba żdied in-numru ta’ persuni li se jibbenefikaw minn dan il-ftehim, filfatt se jkunu erbatax-il raġel u ħmistax-il mara li se jkunu qed jingħataw din l-għajnuna.

Il-programm ta’ rijabilitazzjoni se jkun imqassam fuq mhedda ta’ tmien xhur. Resident jista’ jagħmel dan il-programm fl-aħħar għaxar xhur tas-sentenza li jkun qed jiskonta. Il-Ministru Abela spjega li l-għan ewlieni tal-programm huwa li r-residenti jingħataw dinjitá u jixprunahom biex wara s-sentenza jintegraw aktar faċilment fis-soċjetá.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend