Akkużat li stupra tifla ta’ 14-il sena wara li żżewwiġha – One News

Notifiki

Akkużat li stupra tifla ta’ 14-il sena wara li żżewwiġha

 

Tifla li allegatament sfat stuprata minn raġel li ġiet sforzata tiżżewġu kellha biss 14-il sena.

Mohammad Shakir, ta’ 43 sena minn Melbourne l-Awstralja, qed ikun akkużat li ħa sehem f’attività sesswali ma’ din it-tifla taħt l-età bejn Settembru u l-1 ta’ Ottubru tal-2016, wara li żżewġu.

Iċ-ċeremonja sare bl-għajnuna tal-ex Imam Ibrahim Omerdic ta’ 61 sena, li ukoll qed jaffaċċja akkużi relatati ma’ żwieġ illegali.

It-tifla bħalissa tinsab fi stat fraġli u għaddejja minn diversi problemi ta’ saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend