Il-problema mhux Mario Frendo! – One News

Notifiki

Il-problema mhux Mario Frendo!

Idejquni l-attakki fuq Mario Frendo, il-ġurnalist tan-NET li ntbagħat il-Ġermanja biex forsi jsib prostituti li jgħidu li raw b’ċertezza lill-Ministru Chris Cardona u l-konsulent tiegħu f’burdell fejn l-istess prosituti jbigħu ġisimhom għall-flus.  Xi ħaġa li m’għamilx b’suċċess.

Għalkemm lil Frendo kont nagħmlu iktar intelliġenti u biċċa bħal din ħsibt li jgħarbilha aħjar, irridu nifhmu li kien qed jagħmel ix-xogħol tiegħu ta’ reporter f’kamra tal-aħbarijiet ta’ partit politiku. Lil Mario Frendo bagħtu ta’ fuqu u ta’ fuqu mhux Fabian Demicoli. Ta’ fuqu huwa Simon Busuttil, li hija bil-barka u b’għażla tiegħu li qed titħaddem din l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista.

Strateġija negattiva u bbażata fuq l-attakki personali.

Politika tal-fake news fejn l-importanti li jsir sforz iddisprat biex is-suċċessi li qed jikseb il-pajjiż – fosthom l-inqas rata ta’ qgħad u l-ikbar tkabbir ekonomiku – in-nies jitkellmu dwarhom mill-inqas. U biex din l-istrateġija jagħmluha ovvja din il-pantomina ħadmuha fil-jum tal-Malta Summit li kull stazzjon tal-aħbarijiet fid-dinja kien qed isegwih b’attenzjoni.

Din hija strateġija maqbula f’laqgħa fid-29 ta’ Frar tas-sena li għaddiet u f’one news konna żvelajnieha biċċa biċċa. Li żdied maż-żmien kien il-mod sfaċċat kif Simon Busuttil ma ddejjaq xejn jagħmilha ċara li l-politika tiegħu hija l-politika ta’ Salvu Mallia, tant li qal li l-messaġġ tiegħu hu l-messaġġ ta’ Salvu Mallia.

Anke l-użu fil-miftuħ ta’ Daphne Caruana Galizia bħala parti minn din l-istrateġija seta’ ħa lil uħud b’sorpriża wara li din kienet individwata fir-rapport tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista.

Ħafna qegħdin jiddubitaw dawn l-għażliet ta’ Simon Busuttil u għalhekk ma kienx kumbinazzjoni l-attakk fuq dawk meqjusa moderati bħal Mario De Marco.

Għal dawk li l-politika tal-estremi u l-attakki personali hija xi ħaġa li m’għandha tkun aċċettata qatt, il-problema m’għandux ikun Mario Frendo. Il-problema Simon Busuttil għax hu qed jagħżel li jieħu l-Partit Nazzjonalista f’din id-direzzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend