"Busuttil u l-PN maqtugħin min-nies" | One News

Notifiki

“Busuttil u l-PN maqtugħin min-nies”

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li wara ġimgħa bħal din fejn Malta kienet iċ-ċentru tal-Ewropa, filwaqt li l-Gvern kiseb riżultati fuq l-immigrazzjoni, tħabbar l-ikbar investiment lokali li qatt kellna, il-qgħad naqas taħt it-3,000 persuna, ġie kkonfermat rekord ta’ 2 miljun turist f’Malta u żdiedu mediċini kontra l-kanċer li jingħataw b’xejn, u mbaghad tisma’ lill-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li s-summit kien okkażjoni ta’ mistħija nazzjonali , tinduna min hu l-partit maqtugħ minn dak li qed iħossu n-nies fi djarhom.

Il-PL temm jgħid li l-familji fil-kwiet ta’ djarhom, fil-ħwienet tat-te’, u madwar Malta u Għawdex jafu min hu qrib tagħhom. “B’hekk Joseph Muscat jibqa’ l-iktar mexxej fdat f’pajjiżna,”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend