SUMMIT: Juncker qed jistenna spjegazzjoni ċara minn Theresa May – One News

SUMMIT: Juncker qed jistenna spjegazzjoni ċara minn Theresa May

Fil-kummenti tiegħu mal-wasla fil-Palazz tal-Gran Mastru, l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li dwar BREXIT, hemm lok li fejn il-Prim Ministru tar-Renju Unit tagħti spjegazzjoni dwar il-laqgħat li kellha mal-President Amerikan Donald Trump.

“Ma nħossniex mhedded mid-diskussjonijiet li l-Prim Ministru tar-Renju Unit kellha ma Trump, iżda nemmen li l-amministrazzjoni l-ġdida tal-Amerka ma tafx id-dettalji tal-Unjoni Ewropea, liema dettalji huma importanti ħafna għall-Ewropej,” qal Juncker.

Għalhekk id-diskors ta’ May, li se tkun qed tagħmel f’pajjiżna, huwa wieħed importanti għall-futur tal-Unjoni Ewropea f’dik li hija relazzjoni mar-Renju Unit.

Il-Prim Minsitru Theresa May mistennija ukoll tħeġġeġ pajjiżi Ewropej li huma parti min-Nato, jinvestu aktar fuq id-difiża.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend