SUMMIT: Ftehim importanti bejn l-Italja u l-Libja dwar l-immigrazzjoni | One News

Notifiki

SUMMIT: Ftehim importanti bejn l-Italja u l-Libja dwar l-immigrazzjoni

Il-mexxejja Ewropej jinsabu f’pajjiżna għas-summit informali, ftit sigħat wara li l-Italja u l-Libja laħqu ftehim dwar kif jistgħu jwaqqfu l-immigrazzjoni mill-Libja.

Liema ftehim se jkun qed jiġi spjegat matul is-summit f’pajjiżna mill-Prim Ministru Taljan Poalo Gentiloni.

Filfatt, ilbieraħ filgħaxija fuq Twitter, il-Prim Ministru qal li flimkien mal-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker għamlu telefonata lill-Prim Ministru Taljan biex jawgurawlu għal dan il-ftehim se jkun qed iservi ta’ bażi importanti għad-diskussjoni dwar l-immigrazzjoni, prijorita ewlenija tul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Dan il-ftehim se jkun qed jara żieda fil-fondi u t-taħriġ għall-awtoritajiet Libjani biex ikunu jistgħu ikissru ċ-ċirku ta’ traffikanti ta’ bnedmin kif ukoll iżidu l-kooperazzjoni fuq il-baħar. Il-Ħamis il-gwardja kostali Taljani qalet li ġew salvati aktar minn 1,700 immigrant mill-Mediterran fi żmien 24 siegħa.

“Jekk irridu nsaħħu l-isforzi tagħna biex nindirizzaw l-immigrazzjoni, jeħtieġ li kull pajjiż joffri l-assistenza tiegħu ekonomikament,” qal Gentiloni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend