L-Italja u l-Libja jiffirmaw ftehim dwar il-migrazzjoni llegali | One News

Notifiki

L-Italja u l-Libja jiffirmaw ftehim dwar il-migrazzjoni llegali

Il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni u dak Libjan Fayez al-Serraj iffirmaw memorandum of understanding fil-jum tal-Ħamis fuq kooperazzjoni biex tkun miġġielda l-migrazzjoni llegali, it-traffikar tan-nies, il-kutrabandu u r-rinfurzar tal-fruntiera bejn il-Libja u l-Italja.

Gentiloni qal li dan kien jum importanti għar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, fid-dawl li kien hemm konferma tal-kooperazzjoni li ilha għaddejja għal diversi xhur permezz tal-impenn tal-Gvern Taljan fuq diversi fronti.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qal li l-mira li tkun indirizzata l-influss ta’ migranti bejn il-Libja u l-Italja kienet viċin grazzi għal ftehim li sar bejn iż-żewġ pajjiżi lejliet is-summit informali tal-Unjoni Ewropea dwar il-migrazzjoni f’pajjiżna.

Wara d-diskussjonijiet ma’ Serraj, Tusk qal li wasal iż-żmien li tingħalaq ir-rotta mil-Libja għall-Italja. Qal li l-Unjoni Ewropea uriet li hija kapaċi li tagħlaq rotot tal-migrazzjoni rregolari, bħalma għamlet fil-Lvant tal-Mediterran.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend